Il-Park tal-Inwadar

Nhar l-Erbgħa 6 ta’ Ġunju grupp ta’ 18-il student tas-sitt sena ġew mistiedna biex iżuru l-Park tal-Inwadar. Dan il-Park jinsab bjen il-ponta taż-Żonqor Wied il-Għajn u x-Xgħajra. L-istudenti marru dawra fuq il-baħar b’lanċa tat-turisti minn fejn setgħu jaraw b’mod differenti mis-soltu, l-attrazzjonijiet li fih dan il-Park fosthom it-Torri ta’ De Redin, il-fortizza ta’ San Leonardu, is-Swali, il-Ġolf l-Abjad, il-Ġolf tat-triq il-Wiesgħa, il-‘Gunposts’ tat-Tieni Gwerra Dinjija, l-għelieqi u l-ħitan tas-sejjieħ.

L-istudenti urew interess kbir matul id-dawra bil-lanċa. Wara, l-istudenti ħadu ritratt mal-Ministru Dr Jose Herrera, responsabbli mill-Ambjent.

Din l-opprtunita’ sabiħa kienet inizjattiva tal-Park Nazzjonali tal-Inwadar.