Sena Skolastika Ġdida/A New Scholastic Year

English follows.

Bdejna sena skolastika oħra. Minkejja d-diffikultajiet li ġabet magħha l-pandemija, il-ħajja fl-iskola diġa’ qabdet ir-ritmu tagħha u aħna ċerti li din is-sena ser terġa tkun waħda ta’ suċċess.

Infakkarkom li aħna dejjem għandna bżonn l-għajnuna tagħkom. Ir-regoli marbuta mal-pandemija suppost issa jafhom kulħadd. Ftakru li meta xi ħadd jonqos li jsegwi r-regoli, tkunu qed tpoġġi fil-periklu anke lil uliedkom. Biex infakkarkom:

  1. It-tfal iridu jilbsu l-maskra.
  2. Jekk it-tfal ifallu l-iskola, anke għal ġurnata waħda biss, irid jiġi ppreżentat ċertifikat mingħand it-tabib.
  3. Ġenituri ma jistgħux jidħlu l-iskola.

Nitlobkom ukoll biex tevitaw folol fil-ħin tad-dħul u l-ħruġ mill-iskola.

B’mod regolari għandkom taraw il-website u l-paġna Facebook tal-iskola. Meta nibagħtu email, araw li din tinqara. Araw li l-indirizz tal-posta elettronika “mis.noreply@gov.mt” huwa f’dik li tissejjaħ “safe sender list”. Għalxejn iċċemplu takkużawna li aħna mhux qed inżommukom infurmati jekk intom ma tagħmlux il-parti tagħkom. U bħal ma għidtilkom diversi drabi, aħna jkollna rendikont ta’ kull email u messaġġ li nibagħtu!

L-attivitajiet li nistgħu nagħmlu fl-iskola, sa ċertu punt jibqgħu limitati. Iżda ma naqtgħux qalbna u diġa fassalna programm sħiħ ta’ “Special Fridays”. Kull nhar ta’ Tlieta ninfurmawkom dwar dan permezz tal-paġna Facebook.

Żgur li matul ix-xhur li ġejjin, intoppi ħa jinqalgħu. Iżda jekk naħdmu id f’id, konvint li dejjem insibu soluzzjoni fl-aħjar interess tat-tfal. Jekk jogħġobkom, għinuna ħalli din is-sena terġa’ tkun esperjenza sabiħa għat-tfal.

Nagħlaq dan il-messaġġ billi nirringrazzja lill-istaff kollu tal-ħidma bla waqfien tagħhom anke matul is-Sajf. Illum, meta t-tfal jiġu lura mill-iskola, tindunaw kemm materjal diġa’ ppreparaw l-għalliema. Dan ma sarx ilbieraħ, imma huwa frott ta’ ħidma kontinwa.

Inselli għalikom

Charlot Cassar
Kap tal-Iskola


Welcome to another scholastic year. In spite of the challenges brought about by the pandemic, the school is already buzzing with activity and we are hopeful that this will be yet another successful year.

As always, we rely on your help and support. Everyone should be fully aware of regulations related to the pandemic. Realise that when someone doesn’t follow regulations, that person is also endangering our children. A reminder that:

  1. Children need to wear a mask.
  2. A medical certificate needs to be presented even if child is absent for one day.
  3. Parents are not allowed on school premises.

May I also ask you to avoid crowding during entry and dismissal times.

You should check the school website and the school’s Facebook page on a regular basis. Please read the emails we send. Ensure that the email address “mis.noreply@gov.mt” is in your safe sender list. There is no point in accusing us of not keeping you informed if you can’t be bothered to read the information we provide. And, as I have repeatedly said, we have a track record of every email and message that we send.

The activities we can hold at school are still somewhat limited. However, we already have a full programme of “Special Fridays”. Check our Facebook page every Tuesday for details.

I am most certain that in the coming weeks and months, some issues will crop up. However, if we work together, we can always find a solution in the best interest of the children. Please help us to ensure that this year is yet another memorable experience for all.

Finally, I would like to thank all staff members for their relentless work, even during summer. When the children return home today, you will realise the extent of material that the teachers have already prepared. This material was not created yesterday but is the result of weeks of work.

Best wishes

Charlot Cassar
Head of School

Photo by Deleece Cook on Unsplash