Oħloq Tbissima Randan 2015

Kull sena, iċ-Ċentru Animazzjoni Missjunarja torganizza ġbir ta’ ħempers għall-missjoni fil-Peru. Din is-sena ħsiebna biex aħna wkoll nagħtu l-offerta tagħna biex ngħinu familji fil-bżonn. Tlabna lit-tfal tagħna biex bħala klassi, huma jiġbru ħemper bi prodotti tal-ikel. Bħal dejjem it-tfal urew il-qalb kbira tagħhom u bi ħġarhom qegħdin jimlew kaxxa wara kaxxa.

Kull ħemper irid ikun fih pakkett ross, ħalib tal-bott, ikel ippriservat bħal corned beef, luncheon meat, tonn taż-żejt, fażola, zalzett, legumi, zokkor, cubes tat-tiġieġa, galletini u xi ħelu għat-tfal. Importanti li d-data tal-iskadenza tkun tal-anqas Settembru 2015.

Grazzi tal-ġenerożita tagħkom.