Eżerċizzi b’Differenza

Din is-sena l-istudenti ta’ Żabbar B kellhom ix-xorti jisimgħu priedki addattati għat-tfal fi żmien ir-Randan.

Fr Brian mhux talli irnexxielu jinżel għal-livell tagħhom, imma wkoll ħalla lit-tfal bi tbissima kbira fuq wiċċhom meta rawh liebes ta’ buffu. Flimkien ma’ Glenn Mercieca ħoloq sitwazzjoni komuni li jsibu ruħhom fiha t-tfal id-dar u minnha ħareġ it-tagħlima. Shania qaltilna li tgħallmet kemm hu importanti li tgħin lill-mummy u li tistudja. Luke qalilna li jippreferi l-eżerċizzi ta’ din is-sena, għax daħaq ħafna u tgħallem talba ġdida.

Araw ftit il-video t’hawn taħt!