Il-Kunsill tal-Istudenti 2017 – 2018

Wara l-lezzjonijiet tal-PSCD dwar id-demokrazija, sirna nafu x’tinvolvi elezzjoni f’pajjiż demokratiku fejn l-għalliema spjegawlna l-proċess kollu ta’ kif tieħu l-aħjar deċiżjonijiet meta tiġi biex tivvota. Imbagħad wasal iż-żmien biex jintagħżlu żewġ kandidati minn kull klassi biex jieħdu sehem fl-elezzjoni għall-Kunsill tal-Istudenti. Wara li ntagħżlu dawn il-kandidati, ġew preparati l-karti tal-vot bl-ismijiet tal-kandidati fuqhom u b’hekk setgħet issir l-elezzjoni ġenerali mal-iskola kollha. L-għażla kienet f’idejn it-tfal tal-iskola fejn kellhom id-dritt jagħżlu huma l-membri tal-Kunsill tal-Istudenti. Dawn huma l-membri l-ġodda tal-Kunsill tal-Istudenti fejn flimkien mal-għalliema tal-PSCD niltaqgħu biex niddiskutu u nagħtu suġġerimenti għall-ġid tal-iskola.

Year 3

  • Diyan Agius
  • Soyer Camenzuli
  • Salaya Cassar
  • Sara Schembri

Year 4

  • Jael Cachia
  • Zayon Debono
  • Luca Zerafa

Year 5

  • Hayley Agius
  • Jake Domenici
  • Shastille Pullicino
  • Mcanzie Spiteri

Year 6

  • Elise Caligari
  • Cheyenne Vella