Football Skills Challenge Activities/Sfidi Kalċistiċi ta’ ‘Bil-Qari u l-Kitba Niskorja’

Verżjoni bil-Malti aktar l-isfel.

In the second and third term of scholastic year 2020-2021, the National Literacy Agency Sports Literacy Leaders will deliver more football skills challenges activities during after-school hours and in the school holidays.

The Agency encourages parents/guardians whose children were born in the years 2008, 2009, 2010, 2011, 2012, and 2013 to ask their children to take part in this activity. Once they apply, parents/guardians will be given a specific date, time and location for their child to complete the challenge.

All participants will be awarded a book, a certificate of accomplishment and other tokens. Participants who complete the activity successfully will be awarded two books and a ball signed by ex-footballers of the Maltese national team. The Agency will be adhering to the health and safety measures issued by the Public Health Authorities throughout the activities.

Parents/guardians who are interested may apply by filling in the attached form and sending it to nla@ilearn.edu.mt. The closing date for applications is Friday, 26th March 2021.

Further information on this initiative may be obtained from the Facebook page ‘Footballers Read and Write Programme / Bil-Qari u l-Kitba Niskorja’ or by calling on 2598 3324.


Fit-tieni u t-tielet term tas-sena skolastika 2020-21, il-Promoturi tal-Qari permezz tal-Isport tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu se jkomplu jagħmlu l-isfidi kalċistiċi wara l-ħin tal-iskola u fil-vaganzi tal-iskola.
Għal dan il-għan, l-Aġenzija qiegħda tilqa’ talbiet mingħand ġenituri/kustodji ta’ tfal, li twieldu fis-snin 2008, 2009, 2010, 2011, 2012 u 2013 li wliedhom jixtiequ jipparteċipaw f’din l-attività. Ftit jiem wara li japplikaw, il-ġenituri/kustodji jingħataw data, ħin (wara nofsinhar) u post biex uliedhom jagħmlu l-isfida.

Kull min jipparteċipa jingħata ktieb, ċertifikat iffirmat minn ex plejers tat-tim nazzjonali Malti u tifkiriet tal-okkażjoni. Dawk it-tfal li jirnexxilhom jegħlbu l-isfidi jingħataw żewġ kotba u ballun iffirmat mill-istess promoturi. L-Aġenzija, fit-twettiq ta’ din l-attività, timxi mal-istruzzjonijiet ta’ saħħa u sigurtà mogħtija mis-Supretendenza tas-Saħħa Pubblika.

Il-ġenituri/kustodji ta’ tfal li huma interessati jistgħu japplikaw billi jimlew il-formola mehmuża u jibagħtuha lil nla@ilearn.edu.mt. L-applikazzjonijiet jintlaqgħu sa mhux iktar tard minn nhar il-Ġimgħa, 26 ta’ Marzu 2021.

Min ikun jixtieq iktar tagħrif fuq din l-inizjattiva, jista’ jżur il-paġna ta’ Facebook ‘Bil-Qari u l-Kitba Niskorja / Footballers Read and Write Programme’ jew iċempel 2598 3324.

Photo by Nathan Rogers on Unsplash