Is-Sitt Sena Malti 1

F’din il-paġna ssibu xogħol li t-tfal tas-sitt sena huma mitluba jaħdmu matul il-ġimgħa bejn is-16 u l-20 ta’ Marzu.

It-Tnejn 16 ta’ Marzu

Il-Fehim mil-Qari tal-Benchmark 2018 – Aħdem din il-karta. Ipprova żomm mal-ħin.

Jekk m’għandekx mod kif tistampa din il-karta, uża pitazz jew biċċa karta.

It-Tlieta 17 ta’ Marzu

Aħseb! X’diffikultajiet qed issib fil-Malti?

Idħol fil-klassi tal-Malti fuq it-tablet u ħares lejn ix-xogħol li sar din is-sena. Agħmel nota tad-diffikultajiet biex meta nerġgħu nidħlu l-iskola tkun tista’ tistaqsi lill-għalliema.

L-Erbgħa 18 ta’ Marzu

Bħalissa id-djar tal-anzjani huma magħluqa għall-pubbliku. Dan ifisser li ħafna anzjani mhux qed jaraw lill-familji tagħhom. Ikteb nota qasira lil xi anzjan jew anzjana. Itlob l-għajnuna tal-ġenituri biex tibgħat din in-nota bil-posta.

Tista’ tibgħata hawn:

Anzjan/a
San Vinċenz De Paul
Triq l-Ingiered
Ħal Luqa LQA 3301

Jew fittex l-indirizz ta’ xi dar tal-anzjani oħra hawn.

19 ta’ Marzu 2020

Illum il-festa ta’ San Ġużepp. Ġieli smajt jew qrajt il-leġġenda ta’ San Ġużepp miktuba minn Patri Ġuże Delia? Kont taf li San Ġużepp kien ser jiġi mkeċċi mill-ġenna?

Aqra din il-leġġenda jew ara dan il-filmat.

Innota kif inbidel il-Malti matul iż-żmien!

20 ta’ Marzu 2020

Aqra ftit din il-poeżija ta’ Trevor Zahra u idħaq daħqa. Kapaċi tikteb poeżija simili?

St Margaret College