Oħloq Tbissima

Bħala parti mill-attivitajiet marbuta mal-Għid qed nistiednu lit-tfal jgħinu fl-inizjattiva Oħloq Tbissima. Kull klassi għandha kaxxa u qegħdin nitolbu l-għajnuna tagħkom biex nimlewha bl-ikel.

F’kull kaxxa rridu npoġġu

  • Pakkett Zokkor
  • Pakkett Ross
  • Bott Ħalib
  • Landa Tonn taż-Żejt
  • Landa Corned Beef
  • Dadi tat-Tiġieġa
  • Soppa tal-Pakkett
  • Fażola u Għazz Niexef (tal-Pakkett)
  • Bott Zalzett
  • Ħelu/Wafers/Gallettini

Importanti li l-expiry date tkun wara Ottubru 2018.

Dawn il-kaxxi imbagħad ser jintbagħtu l-Peru’, biex tassew noħolqu tbissima fuq wiċċ familji fil-bżonn.

Grazzi