School Closure

In view of the COVID-19 pandemic, and as announced by the Prime Minister, school will be closed at least till Friday 20 March 2020.

Minħabba l-pandemija COVID-19, u hekk kif ġie mħabbar mill-Prim Ministru, l-iskola ser tkun magħluqa mill-anqas sa nhar il-Ġimgħa 20 ta’ Marzu 2020.

This is not a time to act irresponsibly and we appeal to all parents to take all the necessary precautions and keep children at home.

Żgur li dan mhux mument li xi ħadd iġib ruħu b’mod irresponsabbli. Nagħmlu appell lill-ġenituri kollha biex jieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa u jżommu lil uliedhom ġewwa.

At times like this it is imperative to understand that Facebook is not a source of facts but very often speculation. We ask you to follow official communication and this website for the latest updates.

Partikolarment f’mumenti bħal dawn, huwa importanti li nifhmu li Facebook mhux sors ta’ fatti imma ħafna drabi sors ta’ spekulazzjonijiet. Nitolbukom issegwu stqarrijiet uffiċjali u aġġornamenti fuq dan is-sit.

While schools remain close, children should be supported to manage their time wisely.

Waqt li l-iskola ser tkun magħluqa, ġenituri għandhom jgħinu lit-tfal biex iqassmu l-ħin tagħhom b’għaqal.

Some teachers managed to assign tasks to students before school ended today. Any such work is not optional and needs to be handed in as soon as school re-opens.

Xi għalliema taw xi xogħol lill-istudent qabel spiċċat l-iskola llum. Dan ix-xogħol irid isir u jrid jingħata lill-għalliema meta terġa tiftaħ l-iskola.

Thank you and stay safe.

Grazzi u ħudu ħsieb.

Charlot Cassar

Head of School
Kap tal-Iskola