Il-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi (FES) bil-kollaborazzjoni mal-Malta Libraries, il-Kunsilli Lokali ta’ Żabbar u t’Għaxaq u l-Istituto Paulo Freire ser torganizza sessjonijiet ta’ rrakkuntar tal-istejjer għat-tfal t’etajiet varji flimkien mal-ġenituri/carers tagħhom. Din hija opportunita` eċċellenti għall-ġenituri li jixtiequ jaqsmu ftit tal-ħin m’uliedhom f’attivita` edukattiva marbuta mal-gost tal-qari.
Għal aktar informazzjoni ara l-iskedi mehmuża.
